Diskuss l-abbozz ta' liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika | One News

Notifiki

Diskuss l-abbozz ta’ liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika

Saret laqgħa bejn il-UĦM – Voice of the Workers u l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni fuq l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Amministrazzjoni Pubblika mressaq quddiem il-Parlament. Matul din il-laqgħa ġew diskussi punti li tqajmu mill-union fuq l-istess Abbozz.

Fost il-punti diskussi kien hemm dawk li jirrigwardjaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema, il-kunċett ta’ revolving doors, il-funzjoni tal-Kummissjoni tal-Mertu, u d-definizzjoni tal-ħaddiema f’riskju għoli.

Iż-żewġ naħat qablu li fir-rigward tar-revolving doors se jitkomplew it-taħditiet bejn iż-żewġ naħat dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-kunċett.

Iż-żewġ naħat ftiehmu li jibqgħu f’kuntatt bejniethom dwar dan l-Abbozz waqt l-istadji li għad fadal jgħaddi minnhom fil-Parlament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend