Disa’ persuni jinqatlu f’inċident bil-ferrovija fit-Turkija – One News

Notifiki

Disa’ persuni jinqatlu f’inċident bil-ferrovija fit-Turkija

Minn tal-inqas 9 persuni nqatlu u 47 persuna ndarbu wara inċident fil-kapitali Torka ta’ Ankara.

Jidher li l-inċident seħħ hekk kif ferrovija li kienet fi triqitha minn Ankara għall-belt ta’ Konya ħabtet ma’ ferrovija oħra.

L-uffiċju tal-gvernatur lokali qal li x-xufier tal-ferrovija kien fost dawk li tilfu ħajjithom f’dan l-inċident. Dan filwaqt li tlieta minn dawk midruba jidher li huma f’kundizzjoni serja.

F’Lulju li għadda, 24 persuna nqatlu fit-Turkija meta ferrovija nqalgħet minn mal-binarji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend