BIL-FILMAT: Iffirmat ftehim biex jibdew jinġabru l-fliexken tal-plastik – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Iffirmat ftehim biex jibdew jinġabru l-fliexken tal-plastik

Iffirmat memorandum of understanding bejn l-Aġenzija għall-Irkupri tar-Riżorsi u r-Riċiklaġġ u Joint Venture mill-industrija sabiex tibda l-ħidma fuq l-implimentazzjoni tal-iskema ta’ ritorn ta’ fliexken tal-plastik.

Skema li l-ħsieb hu li tibda tkun implimentata lejn l-aħħar tas-sena d-dieħla.

Skema li l-privat se jinvesti fiha mal-€10 miljun.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat innota kif fis-sena f’pajjiżna jiġu ġġenerati 4000 tunnellata ta’ fliexken tal-plastik… madwar 200 miljun kontenitur tal-fliexken tal-platik.

Innota kif illum 1 minn kull 4 biss jinġabar lura, bil-mira realistika tkun li jibdew jinġabru 3 minn kull 4 biex eventwalment titla’ sa 90% fi żmien 4 snin.

Fil-konferenza tal-iffirmar intqal kif is-sistema ta’ ritorn ta’ fliexken se tfisser li l-konsumatur meta jixtri xarbiet fil-fliexken tal-plastik, se jħallas 10 ċenteżmi iżjed. Flus li jieħu lura ladarba jirritorna l-flixkun.

Il-Prim Ministru spjega kif dan l-ammont kien meqjus bħala baxx biżżejjed biex ma jitfax piż żejjed fuq il-familji, u fl-istess waqt għoli biżżejjed sabiex jimpenjaw ruħhom biex din l-iskema tkun suċċess.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend