Qormi FC u St. Andrews FC iressqu protest għand l-MFA – One News

Notifiki

Qormi FC u St. Andrews FC iressqu protest għand l-MFA

Wara nofsinhar Qormi F.C. u St. Andrews FC Malta daħħlu protest għand l-Malta Football Association kontra Birkirkara FC u Floriana FC rispettivament.

Kemm Qormi u anke St. Andrews qed iressqu dan l-appell għall-istess raġuni hekk kif iż-żewġ klabbs qed isostnu li l-avversarji tagħhom, minkejja li lagħbu b’7 barranin, ma kellhomx total ta’ 11 il-Malti fil-line-up.

Fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet Qormi tilfu 2 – 1 kontra lis-stess Birkirkara filwaqt li St. Andrews u Floriana spiċċaw fid-draw ta’ 0 – 0.

Aktar tard din il-ġimgħa mistennija li tittieħed deċiżjoni mill-bord tal-appelli dwar dawn il-protesti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend