FILMAT: Qatar Airways tikkonferma titjiriet diretti lejn Malta minn Ġunju li ġej – One News

Notifiki

FILMAT: Qatar Airways tikkonferma titjiriet diretti lejn Malta minn Ġunju li ġej

Qatar Airways ħabbret li mill-erbgħa ta’ Ġunju tas-sena d-dieħla se tibda titjiriet diretti lejn Malta.  L-ewwel pass tax-xorta tiegħu lejn Malta minn din il-linja tal-ajru.

It-titjira minn Qatar lejn Malta se ssir kuljum tul l-istaġun tas-sajf u erba’ darbiet fil-ġimgħa tul ix-xitwa. Fi stqarrija, Qatar Airlines fissru lil belt kapitali Maltija bħala belt rikka fil-passat storiku u kulturi tagħha.

Il-kap eżekuttiv tal-grupp tal-Qatar Airways, Akbar Al Baker, stqarr li jinsabu ħerqana biex jintroduċu lil Malta lill-klijenti tagħhom. Il-passiġġieri li se jivvjaġġaw lejn Malta fiż-żona riservata għall-passiġġieri kummerċjali jistgħu jgawdu minn kumdita liema bħalha b’servizz mill-aqwa ta’ ikel u xorb.

Fil-preżent, il-Qatar Airways topera flotta moderna ta’ aktar minn mitejn ajruplan permezz tal-hub tagħha, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Hamad għal aktar minn mija u sittin destinazzjoni madwar id-dinja.

Il-linja tal-ajru, Qatar Airways rebħet it-titlu tal-aqwa Business Class fid-dinja waqt il-World Airline Awards ta’ din is-sena.

L-istess linja tal-ajru rebħet l-awards ta’ ‘Best Business Class Seat’ u tal-aqwa Ajruport fil-Lvant Nofsani. Il-Qatar Airways qed tippjana wkoll li tinkludi destinazzjonijiet oħra ġodda fix-xhur li ġejjin fosthom l-Isvezja u Da Nang fil-Vietnam.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend