ARA: Ix-xufiera tat-trasport tal-istudenti qed jitħallsu bil-quddiem – One News

Notifiki

ARA: Ix-xufiera tat-trasport tal-istudenti qed jitħallsu bil-quddiem

Operaturi tat-trasport li minn Settembru li għadda bdew joffru s-servizz ta’ trasport b’xejn lil eluf ta’ studenti sostnew li jinsabu sodisfatti bl-iskema u xejnu għalkollox allegazzjonijiet fil-midja li mhux jitħallsu tas-servizz provdut.

“Qalu li l-ħaddiema id-drivers mhux qed jitħallsu taħt l-iskema l-ġdida tat-transport b’xejn għat-tfal. Dan hu min hu ?

Le mhux minnu aħna diġa bdejna ntħallsu minn Settembru, Ottubru, Novembru u nofs Diċembru diġà.”

Freddie Spiteri huwa wieħed minn mijiet ta’ xufiera tal-vannijiet li jagħmel parti mill-iskema ta’ trasport b’xejn.

Qal li l-kumpanija tiegħu tħaddem 11-il xufier li mhux talli qegħdin jitħallsu imma qed jitħallsu ta’ xogħlhom b’xahar bil-quddiem.

Dan hekk kif 75% tal-ħlasijiet dovuti qegħdin jirċevuhom fit-tieni ġimgħa ta’ kull xahar li jkunu qed jaħdmu filwaqt li jirċievu 25 fil-mija tax-xahar ta’ qabel flimkien ma’ dak il-pagament.

“Li qed isir hu li fl-ewwel ġimagħtejn tax-xahar id-dipartiment qiegħed iħallas 75% tal-ammont u fl-ewwel ġimgħa tax-xahar ta’ wara jitħallas il-kumplament tal-25% jiġifieri il-pagamenti qegħdin in order.”

Xufier ieħor li tkellem ma’ One News ikkonferma l-istess verżjoni ta’ Spiteri dwar pagamenti bil-quddiem lix-xufiera.

Qal li bit-titjib fl-ekonomija, u l-mod kif qed jitħallsu, ix-xufiera jinsabu kuntenti b’xogħolhom tant li se jibdew jibdlu l-vetturi tagħhom għal oħrajn ferm akbar, moderni u aktar siguri għat-tfal tal-iskola.

Sentiment li ġie kkonfermat ukoll mis-Sur Spiteri.

“Kif inhi l-iskema qiegħda tajba, jiġifieri iktar ma jkollok il-vannijiet illi jesgħu ‘seating capacity’ iktar qed jitħallsu tajjeb allura kulħadd qed jara kif jagħmel biex ikabbar il-vannijiet u s-‘seating capacity’ tiegħu.”

Minn din is-sena, aktar minn 12-il elf tifel u t-tifla bdew igawdu mis-servizz tat-trasport b’xejn għall-iskola, foshtom 5,000 li qabel kienu jitwasslu l-iskola mill-ġenituri. Permezz ta’ din l-iskema, naqsu mat-3,000 karozza kuljum fit-toroq b’benefiċċju ekonomiku ta’ 15-il miljun. Dan minbarra li kull familja qed tiffranka mas-€700 fis-sena.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend