Żewġ ġuvintur jinżammu arrestati wara li qalu li l-Prinċep Harry ħaqqu jmut | One News

Notifiki

Żewġ ġuvintur jinżammu arrestati wara li qalu li l-Prinċep Harry ħaqqu jmut

Żewġ żgħażagħ Ingliżi qed jinżammu arrestati mill-Pulizija b’rabta mat-terroriżmu wara li qalu li l-Prinċep Harry kien ħaqqu jmut. 

Il-Pulizija Ingliża qed iżżomm arrestat ġuvni ta’ 18-il sena minn Portsmouth, u ġuvni ieħor ta’ 17-il sena minn Londra.

Iż-żewġ ġuvintur qed jaffaċċjaw ħames akkużi kull wieħed, fosthom li qed iħeġġu atti terroristiċi fir-Renju Unit u li xerrdu pubblikazzjonijiet terroristiċi.

Ara wkoll:

“Il-Prinċep Harry ħaqqu jinqatel”

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend