L-impjant tal-gass f’Dellimara kellu mpatt pożittiv fuq l-ekonomija Maltija – One News

Notifiki

L-impjant tal-gass f’Dellimara kellu mpatt pożittiv fuq l-ekonomija Maltija

Studju dettaljat tal-Bank Ċentrali ta’ Malta nnota b’mod ċar li kieku pajjiżna kellu jiddependi fuq l-interconnector biss, it-tkabbir ekonomiku kien ikun inqas minn dak li kellna. L-istudju li kien ippublikat fl-aħħar jiem ikkonferma l-impatt tal-impjant tal-gass f’Dellimara fuq l-ekonomija Maltija, u jibni fuq studju li kien sar fl-elfejn u sittax minn esperti barranin.Din id-darba, l-esperti Maltin u Taljani kkwantifikaw il-fatt li pajjiżna ma baqax dipendenti biss fuq l-interconnector u l-power stations li jużaw il-heavy fuel oil. L-istudju jgħid li bil-livell preżenti tal-prezz taż-żejt, l-użu esklussiv tal-interconnector kien itejjeb il-ġid nazzjonali u l-pagi, għalkemm x’aktarx ma kienx ilaħħaq mad-domanda.

Ir-riċerkatur tal-Bank Ċentrali kkonkluda li l-użu tal-power station il-ġdida wassal għal titjib ferm akbar għall-ekonomija ta’ pajjiżna mill-użu tal-interconnector. Tant li permezz ta’ dan l-investiment, il-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna huwa kkalkulat li kiber bi 2.5%, li hija żieda ta’ madwar €240 miljun.

B’riżultat ta’ dan, il-poter tal-akkwist tal-familji tjieb b’1.8%. Dan ifisser madwar €340 aktar fil-bwiet tal-familji. L-analiżi li saret mill-Bank Ċentrali ta’ Malta saret bl-użu ta’ mudell makroekonomiku avvanzat ħafna. Ġie konkluż li f’każijiet fejn il-prezz taż-żejt ikun baxx, il-qalba għall-użu tal-interconnector kienet se twassal għal tnaqqis fil-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna ta’ madwar 0.3% u tnaqqis fil-pagi ta’ 0.4%.

B’kuntrast, l-użu tal-impjant tal-gass naturali f’sitwazzjoni bħal din iwassal għal titjib ta’ 1% fil-ġid nazzjonali, jiġifieri żieda ta’ madwar €96 miljun, u titjib fil-pagi ta’ 0.5%, madwar €100 aktar fil-bwiet tal-familji.

Barra minn hekk, il-mudell avvanzat tal-Bank Ċentrali jindika li jekk il-prezz taż-żejt kellu jgħola, l-użu tal-impjanti tal-gass ifisser tisħiħ ferm aqwa tal-ekonomija tagħna.

Li kieku l-prezz taż-żejt kellu jitla għal disgħin dollaru kull barmil, iġifieri l-prezz li kien hemm fis-swieq internazzjonali bejn l-2010 u l-2014, l-użu tal-heavy fuel oil kien ikun ifisser li l-ekonomija tagħna tkun 3.7%tlieta  iżgħar milli se tkun issa li għandna l-impjanti tal-gass naturali, filwaqt li l-pagi jkunu 2.8% anqas.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend