Konsistenza zero. Kredibbiltà zero.  | One News

Notifiki

Konsistenza zero. Kredibbiltà zero. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ma kkumentax dwar dak li żvelat The Sunday Times, li qiegħed jiġi investigat mill-Pulizija dwar każ ta’ ħasil ta’ flus minn ċirku ta’ prostituzzjoni f’Londra.
Minflok, ftit ħin qabel l-Partit Nazzjonalista beda jiġbor il-flus, Adrian Delia sejjaħ lill-blogger Daphne Caruana Galizia bħala mara tal-familja, “ġurnalista, bint, omm, mart”.

Inkonistenza minn Adrian Delia li fit-tellieqa għal Kap Nazzjonalista, Delia u sħabu kemm-il darba nfexxew f’tgħajjir fil-konfront ta’ Caruana Galizia. Saħansitra, Adrian Delia qalilha “biċċa blogger”, meta kienet allegat li daħħal flus f’kont bankarju f’Jersey ġejjien mill-prostituzzjoni. Kanvassers ta’ Adrian Delia kienu jibagħtu lil Daphne Caruana Galizia qabel il-qtil tagħha, fosthom Rest in Peace.  Anke kif kitbet Caruana Galizia nnifisha, it-theddid fil-konfront tagħha kien ġej minn grupp ta’ nies li kienu qed jaħdmu għal Delia biex jieħu t-tmun tal-Partit Nazzjonalista.

Fi stqarrija, il-Partit Laburista qal li Adrian Delia għandu kejl għal persuni oħra, u kejl differenti għalih personali. Irid li ħaddieħor jirreżenja, iżda hu ma jridx jirreżenja bl-istess kejl li applika għal ħaddiehor. Meta jaqbillu jikkwota l-gazzetti, meta jaqbillu jattakkahom. Meta fettillu għajjar lil Daphne Caruana Galizia “biċċa blogger”, meta qabillu faħħarha.

Konsistenza zero. Kredibbiltà zero qal il-Partit Laburista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend