Jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar fit-toroq Maltin | One News

Notifiki

Jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar fit-toroq Maltin

F’analiżi li għamlet il-gazzetta Kullħadd, jidher biċ-ċar li l-proġetti infrastrutturali li saru riċentament fit-toroq, speċjalment dawk tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta, ħallew il-frott. Dan jintwera biċ-ċar hekk kif ġie mqabbel it-tul ta’ ħin li klijent tal-ECABS kien qed idum fl-istess rotta u perjodu, bejn l-2017 u l-2018.

Differenza kbira li din il-kumpanija innottat kien bejn Ħal Balzan u Tas-Sliema, hekk kif is-sena l-oħra klijent kien jieħu madwar 37 minuta, issa qed jieħu 13–il minuta biss, differenza ta’ 24 minuta.

Il-Kulħadd tisħaq li din ma kinitx eċċezzjoni ta’ darba, għaliex klijent li f’Novembru ta’ din is-sena dam 23 minuta biex wasal minn San Ġiljan għall-Ajruport, is-sena l-oħra kien idum 34 minuta.

Il-Gazzetta tinnota li proġetti li qed isiru fin-Naħa ta’ Fuq tal-pajjiż, fosthom dik tal-Balal, għadhom iridu jħallu frott tagħhom, għaliex kif spjegat mill-kumpanija, għadha tinħass ċertu pressjoni f’dawn in-naħħat.

L-analiżi tal-gazzetta turi wkoll li l-proġett tat-twessigħ fil-Marsa-Ħamrun Bypass ħalla riżultati pożittivi ferm, filwaqt li turi li l-ħin tal-ivjaġġar filgħodu hu aktar b’saħħtu minn dak ta’ filgħaxija, u dan jista jkun ir-riżultat pożittiv li ħalliet l-inizjattiva tat-trasport b’xejn għal eluf ta’studenti.

Marvin Briffa miċ-ċentru tal-loġisitka tal-ECABS saħaq li l-akbar tibdil pożittiv kien minn San Ġiljan għan-Naħa ta’ Isfel ta’ Malta, fejn jidher tibdil sostanzjali fil-ħin meta mqabbel mas-sena l-oħra.

Briffa żied ifaħħar l-inizjattiva tat-trasport b’xejn lill-istudenti u saħaq li l-effet ta’ din ser jinħass b’mod akbar fis-snin li ġejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend