Ir-Renju Unit f'riskju ta' inċertezza jekk Westminster jiċħad l-abbozz Brexit | One News

Notifiki

Ir-Renju Unit f’riskju ta’ inċertezza jekk Westminster jiċħad l-abbozz Brexit

Jumejn biss qabel vot finali fil-Parlament Ingliż dwar Brexit, il-Prim Ministru Theresa May qed twissi li r-Renju Unit jista’ jaffaċċja inċertezza kbira jekk il-Parlament jiċħad l-abbozz Brexit. 

Hija wissiet lill-Membri Parlamentari Ingliżi li jekk jiċħdu dan l-abbozz, li huwa diġà maqbul mal-Kunsill Ewropew, ir-Renju Unit kapaċi jitlaq għal elezzjoni ġenerali oħra, u jaffaċċja Brexit mingħajr ebda ftehim.

Intant, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Ingliż f’Downing Street, Londra, ċaħad allegazzjonijiet li Theresa May qed taħseb biex tikkanċella l-vot tat-Tlieta li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend