Il-vot dwar Brexit se jittieħed nhar it-Tlieta | One News

Notifiki

Il-vot dwar Brexit se jittieħed nhar it-Tlieta

Il-vot fil-Parlament Ingliż dwar Brexit hu skedat għal nhar it-Tlieta u mhux se jkun pospost.

Spjega dan is-Segretarju ta’ Brexit Stephen Barclay, fost is-sejħa ta’ bosta kritiċi biex il-Prim Ministru Ingliż Theresa May terġa’ tinnegozja l-pakkett ta’ Brexit mal-Unjoni Ewropea.

Dan il-ftehim ġie ffirmat mill-mexxejja Ewropej, u jonqos biss l-‘iva’ tal-Parlament Ingliż biex jidħol fis-seħħ.

Però kritiċi qed isostnu li l-Gvern Ingliż mistenni jitlef il-vot tal-ġimgħa ddieħla hekk kif il-Partit Laburista Ingliż, il-Liberal Democrats, il-Partit Nazzjonali Skoċċiż u għadd ta’ membri parlamentari konservattivi mistennija jivvutaw kontra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend