27 koppja jirċievu trattament tal-IVF bl-introduzzjoni tal-liġi l-ġdida – One News

Notifiki

27 koppja jirċievu trattament tal-IVF bl-introduzzjoni tal-liġi l-ġdida

27 koppja rċivew it-trattament tal-IVF minn meta ġiet introdotta l-liġi l-ġdida, aktar kmieni din is-sena. Dan ġimgħa biss wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, ħabbar waqt attività politika li bħalissa disa’ nisa ħarġu tqal grazzi għall-emendi fil-liġi dwar l-IVF.

L-emendi fil-liġi għaddew mill-Parlament f’Ġunju li għadda b’34 vot favur u 27 vot kontra.

Il-liġi l-ġdida hija aktar moderna, ibbażata fuq ix-xjenza li tagħti l-opportunità lil mijiet ta’ familji biex jiġu ffurmati.Fost oħrajn, il-liġi tippermetti li jkunu ffertilizzzati sa ħames bajdiet, biex b’hekk, ikun hemm ċans li aktar nisa joħorġu tqal.

Dawn l-emendi fil-liġi neħħew kull diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali, kif kienet tagħmel il-liġi l-antika.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia vvota kontra din il-liġi u qal li jneħħiha jekk ikun fil-Gvern.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend