Kompetizzjoni oħra tal-eSports fi tmiem din il-ġimgħa | One News

Notifiki

Kompetizzjoni oħra tal-eSports fi tmiem din il-ġimgħa

Fiċ-ċentru tal-fieri f’Ta’ Qali, qed tittella’ is-sitt edizzjoni tal-Go Malta eSports Festival, fejn qed jieħdu sehem mat-tliet mija u ħamsin persuna minn għaxar pajjiżi fl-Ewropa.

Fi kliem wieħed mill-organizzaturi, dan l-avveniment m’huwiex biss għal atleti professjonali fis-settur tal-eSports imma miftuħ għal kull min hu interessat li jsir jaf iktar dwar dan is-settur emerġenti, dan hekk kif huwa mistenni li madwar elfejn persuna minn Malta jattendu biex isegwu l-avveniment.

L-avveniment qed jittella’ b’kollaborazzjoni mal-Awtorita Maltija għat-Turiżmu, fejn il-Kap tal-Avvenimenti fi ħdan l-MTA Lionel Gerada qal li dan l-avveniment qed jgħin biex jitkattar t-turiżmu fiż-żminijiet kollha tas-sena.

Waqt żjara fuq il-post, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri sostna kif dan huwa żmien eċitanti għall-ekonomija Maltija hekk kif il-pajjiż qiegħed ikompli jinvesti f’setturi ġodda għall-ekonomija. Huwa fakkar kif fi ftit ġimgħat oħra se titnieda l-istrateġija ħolistika għal dan is-settur li minbarra l-industrija tal-logħob tal-kompjuter b’mod kompetittiv, se tinvolvi wkoll l-iżvilupp ta’ logħob diġitali f’pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend