Ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li nqabad bid-droga kannabis | One News

Notifiki

Ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li nqabad bid-droga kannabis

Edward Grech ta’ 35 sena mill-Għargħur ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ seba’ mija u ħamsin ewro u garanzija personali ta’ tmint elef ewro wara li f’Ottubru li għadda tressaq il-qorti mixli li kellu d-droga kannabis.

Huwa kien tressaq il-Qorti flimkien ma’ Anne Axiak ta’ 47 sena u Abdillahi Jamale Hassan ta’ 31 sena wara li nqabdu bid-droga f’ċirkostanzi li ma kinux juru li hija għall-użu personali.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli ordnat lir-raġel biex jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa u ma joħroġx mid-dar fil-ħinijiet indikati mill-Qorti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend