BIR-RITRATTI: Erba' vetturi jinħakmu minn nirien tul il-lejl fi tliet lokalitajiet | One News

Notifiki

BIR-RITRATTI: Erba’ vetturi jinħakmu minn nirien tul il-lejl fi tliet lokalitajiet

 

Tul il-lejl erba’ vetturi ħadu n-nar fi tliet inċidenti separati.

L-ewwel każ seħħ fi Triq Marsamxett il-Belt ftit qabel is-02:05, fejn ħadet in-nar Mercedes, u kawża tan-nirien ħadet in-nar ukoll Maruti li kienet ipparkjatha qribha.

Każ ieħor seħħ ftit qabel l-03:40 fi Triq Ċensu Farrugia fl-Imsida fejn ħa n-nar trakk tat-tip Dodge 50 Series, fejn saret xi ħsara fil-faċċata tal-binja ta’ fejn kien jinsab.

It-tielet każ seħħ ftit qabel l-03:40 fi Triq Mountbatten fil-Ħamrun, fejn Suzuki Swift ukoll ħadet in-nar.

Dwar in-nar fil-Belt u l-Ħamrun infetħu inkjesti Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Doreen Clarke.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dawn il-każijiet, għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend