L-Ekonomija Maltija kibret b'7.5% – żieda ta' €281 miljun | One News

Notifiki

L-Ekonomija Maltija kibret b’7.5% – żieda ta’ €281 miljun

Ċifri proviżorji tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn Lulju u Settembru, l-ekonomija ta’ Malta kibret b’281 miljun.

L-NSO qal li meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet, l-ekonomikja kibret b’7.5% f’termini reali. Dan ifisser li t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta kien erba’ darbiet il-medja Ewropea.

L-oqsma kollha tal-ekonomija raw tkabbir sostanzjali, bil-qasam finanzjarju jkabbar l-operat b’41 miljun filwaqt li s-settur tal-gaming kiber b’€128 miljun.

Din is-sena l-oqsma tal-bejgħ u tal-lukandi u r-ristoranti raw żieda ta’ €59 miljun, filwaqt li l-oqsma tas-servizzi professjonali raw żieda ta’ €113 miljun.

Iċ-ċifri tal-NSO juru li r-rata ta’ tkabbir telgħet minn 4.8% fl-ewwel kwart, għal €6.2% fit-tieni kwart għal, 7.5% fit-tielet kwart.

It-tkabbir ekonomiku kien xprunat l-aktar miż-żieda qawwija fil-konsum privat u minn tkabbir sostanzjali fid-dħul tal-ħaddiema.

Fil-fatt fl-ewwel disa’ xhur, il-pagi f’Malta kienu €245 miljun ogħla milli kienu sena qabel.

Riżultat ta’ dan it-titjib, il-konsum privat żdied bi kważi 8%.

Fattur ieħor li wassal għat-tkabbir kien l-andament pożittiv tal-ażjendi. Filfatt il-profitti għolew bi €368 miljun, jew żieda ta’ 9%.

Fi stqarrija l-Gvern innota li kompliet tonqos id-dipendenza tan-nefqa tal-Gvern u dan jispjega għaliex pajjiżna għandu surplus, kontra d-defiċit eċċessiv li kellu fil-passat.

Qal li l-politika ekonomika tal-Gvern qed twassal għal tkabbir mifrux fost is-setturi kollha, filwaqt li qed jiżdied b’mod sostanzjali d-dħul kemm tal-ħaddiema kif ukoll tan-negozji.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend