Il-ġimgħa d-dieħla se jitqassmu l-ħlasijiet taċ-Childrens' Allowance | One News

Notifiki

Il-ġimgħa d-dieħla se jitqassmu l-ħlasijiet taċ-Childrens’ Allowance

Il-Ġimgħa d-dieħla l-familji Maltin u Għawdxin se jirċievu l-ħlasijiet taċ-Childrens Allowance għall-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla li jinkludu ż-żidiet imħabbra fil-baġit għas-sena d-dieħla.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Michael Falzon qal fit-tieni Sibt ta’ Diċembru se jitqassmu €9 miljun lil 42,000 familja li għandhom 63,000 wild.

Dawn se jinkludu ż-żidiet imħabbra fil-Baġit lil dawk eleġibbli. Dawn huma l-ewwel żidiet fiċ-Children’s Allowances fi 11 il-sena u f’ċertu każi anke 23 sena. Fost dawn se jiżdiedu ċ-Children’s Allowance lill-familji, bi dħul gross ta’ anqas minn €20,000 fis-sena:

“Żammejna kelmitna mal-poplu u rajna li kull familja li jirrapreżentaw kull tifel u tifla se jieħdu żieda, li l-ispiża hi ta’ €9 miljun kull 3 xhur jiġifieri €36 miljun”.

Il-Ministru Falzon spjega liż-żidiet ivarjaw b’mod differenti għal kull każ. Fil-fatt aktar minn tmint elef familja se jkunu qed jieħdu żieda diretta fir-rata li tvarja sa’ massimu ta’ €96 fis-sena għal kull wild. Aktar minn 12,500 familja se jibbenefikkaw minn żidiet diretti jew indiretti fiċ-Children’s Allowance:

“Għandek minn se jieħu ‘flat rate’ u skond il-qligħ li jvarja skond l-‘income’, inkwantu tal-‘Foster Care’ żidiet ta’ 40% minn €70 sa €100. Miżura tal-baġit oħra se tara żieda ta’ 25% għat-tfal diżabli ta minn €20 sa €25”.

Il-Ministru Michael Falzon fakkar kif matul din is-sena l-Gvern għolla l-Foster Care Allowance b’aktar minn €1,500 fis-sena.

Huwa qal li dan kollu juri l-impenn tal-Gvern sabiex l-ebda tifel u tifla ma jispiċċaw f’riskju ta’ faqar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend