Chanel issir l-ewwel ditta lussuża li tipprojbixxi ġlud tal-kukkudrilli u l-gremxul mill-kollezzjoni | One News

Notifiki

Chanel issir l-ewwel ditta lussuża li tipprojbixxi ġlud tal-kukkudrilli u l-gremxul mill-kollezzjoni

Id-ditta lussuża, Chanel, ħabbret li mhux se tkun qed taċċetta aktar l-użu ta’ ġlud ta’ annimali eżotiċi bħala parti mill-kollezzjoni tagħha, fejn din id-deċiżjoni tagħmilha bħala l-ewwel ditta lussuża li pprojbixxiet l-użu tal-ġlud tal-kukkudrilli u l-gremxul għall-prodotti tagħha.

Din id-deċiżjoni ntlaqgħet bil-kbir minn għaqdiet favur id-drittijiet tal-annimali bil-Kap tal-kumpanija tal-moda Bruno Pavlovsky jgħid li mhux se jkomplu jintużaw dawk it-tip ta’ ġlud. 

Din id-deċiżjoni se tkun qed tara li jiġi pprojbit ukoll l-użu tal-pil ta’ annimali bħal tar-racoon, il-mink u kif ukoll tal-fenek.

Handbags, kowtijiet u kif ukoll żraben li kienu magħmulin mill-ġlud tas-sriep, kukkudrilli fost oħrajn kienu jinbiegħu bi prezz għoli ħafna b’basktijiet antiki ġieli nbiegħu għal aktar minn €25,000 onlajn.

Basktijiet li kienu magħmulin mill-ġlud tal-python tneħħew minn fuq is-sit uffiċjali ta’ Chanel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend