Bohemian Rhapsody innominat għal żewġ Golden Globe Awards | One News

Notifiki

Bohemian Rhapsody innominat għal żewġ Golden Globe Awards

Il-film Bohemian Rhapsody, li jixħet dawl fuq il-grupp mużikali Queen, il-mużika tagħhom u b’mod partikolari l-ħajja tal-kantant Freddie Mercury, ġie nnominat għal żewġ Golden Globe Awards. Iż-żewġ awards li ġie nnominat għalihom huma: Best Motion Picture, Drama u n-nominazzjoni l-oħra hi għall-attur Rami Malek bħala Best Actor in a Motion Picture għall-parti tiegħu li għamel ta’ Freddie Mercury.

Kien proprju llum li tħabbru n-nominazzjonijiet mill-Hollywood Foreign Press Association għall-aqwa filmati u sensiliet televiżivi tal-2018.

Minkejja li forsi bosta ħasbu li l-film Bohemian Rhapsody se jkun qed jikseb l-aktar nominazzjonijiet, kien il-film Vice b’sitt nominazzjonijiet segwit minn A Star Is Born, The Favourite u Green Book b’ħames nominazzjonijiet.

Il-film Mary Poppins ġie nnominat għal erba’ Awards segwit minn films oħrajn fosthom Black Panther.

Is-76 Golden Globe Awards se jkunu qed jixxandru fuq NBC fis-6 ta’ Jannar tal-2019 fejn waqt dik is-serata jitħabbru r-rebbieħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend