L-aħħar grupp ta' immigrant li ddaħħlu abbord l-MV Aquarius iħalli Malta għall-Ġermanja | One News

Notifiki

L-aħħar grupp ta’ immigrant li ddaħħlu abbord l-MV Aquarius iħalli Malta għall-Ġermanja

L-aħħar grupp ta’ immigranti li ddaħħlu Malta fuq l-MV Aquarius ħalla Malta għall-Ġermanja fuq żewġ titjiriet differenti.

Dan bħala parti mill-ftehim ad hoc li ntlaħaq fost Stati Membri Ewropej, fuq l-inizjattiva tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Dwar il-każ tal-vapur Aqurius kien hemm qbil wara li l-Gvernijiet ta’ Franza u Malta ħadu l-inizjattiva konġunta biex isolvu s-sitwazzjoni li kienet qed tiżviluppa fl-ibħra internazzjonali fuq il-vapur li kien qed iġorr 58 persuna nhar il-25 ta’ Settembru 2018.

Fi stqarrija, il-Gvern Malti kien qal li l-persuni abbord l-MV Aquarius se jiġu żbarkati fuq lanċa tal-Forzi Armati Maltin fl-ibħra internazzjonali. Ingħad li l-persuni abbord se jiddaħħlu f’Malta u kollha kemm huma se jħallu l-pajjiż biex b’mod immedjat jitqassmu f’erba’ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend