Isellmu għall-aħħar darba lill-eks President Bush – One News

Notifiki

Isellmu għall-aħħar darba lill-eks President Bush

Mexxejja u persuni importanti minn madwar id-dinja nġabru f’Washington biex jagħtu l-aħħar tislima lill-eks President tal-Istati Uniti George H.W. Bush. Il-funeral statali beda għal ħabta tal-11:00 ħin lokali, wara li l-katavru ta’ Bush, li kien fil-Capitol, tmexxa għal Katidral Nazzjonali.

Bush, li kien il-41 President tal-Istati Uniti, miet fil-jum tal-Ġimgħa fl-età ta’ 94 sena. Huwa se jindifen f’Texas, ħdejn martu Barbara.

Fost dawk li attendew għal funeral kien hemm il-President Donald Trump u l-predeċessuri Barack Obama, Bill Clinton u Jimmy Carter. Preżenti kien hemm ukoll il-Prinċep ta’ Wales, il-Kanċillier tal-Ġermanja, u r-Re tal-Ġordan

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend