Filmat: Qatt rajt għarusa b’velu twil daqs erba’ ġiraffi? – One News

Filmat: Qatt rajt għarusa b’velu twil daqs erba’ ġiraffi?

L-istilla ta’ Bollywood Priyanka Chopra żżewġet lill-kantant Nick Jonas fl-Indja tul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

It-tieġ kien segwit minn miljuni madwar id-dinja, mhux biss minħabba l-qlub miksura ta’ bosta tfajliet li kibru jisimgħu il-mużika ta’ Jonas, iżda wkoll għax ħafna tpaxxew bil-libsa tat-tieġ u l-velu ta’ Chopra.

Il-mant biss kien twil 23 metru, jiġifieri daqs erba’ ġiraffi, jew daqs kwart l-Istatue of Liberty f’ New York. Il-libsa kienet iddisinnjata mill-istilista Ralph Lauren.

Jonas u Chopra ħabbru li se jiżżewġu fis-sajf li għadda, bit-tieġ ikun immexxi minn missier Jonas, Paul Kevin.

Once upon a fairytale… @nickjonas Link in bio @people

A post shared by Priyanka Chopra (@priyankachopra) on

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend