Malta bl-anqas rata ta’ persuni b’diżabilità fit-tul fost il-pajjiżi kollha tal-UE – One News

Notifiki

Malta bl-anqas rata ta’ persuni b’diżabilità fit-tul fost il-pajjiżi kollha tal-UE

Malta għandha l-inqas rata ta’ persuni b’diżabilità fit-tul fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Ċifri maħruġa mill-Eurostat, propju fil-jum iddedikat lill-persuni b’diżabilità, juru kif minkejja li persuna minn kull erbgħa fl-Ewropa ssofri minn diżabilità fit-tul, din ir-rata f’Malta hija biss ta’ 12%. L-istħarriġ tal-Eurostat sar fuq persuni li għandhom aktar minn 16-il sena, u jkopri s-sena 2017.

Malta kienet segwita mill-Iżvezja, li għandha rati ta’ ċittadini b’diżbilità fit-tul ta’ 13%, filwaqt li l-ogħla rata kienet irreġistrata fil-Latvja, u tlaħħaq il-41%.

Jidher li n-nisa huma l-aktar li jirrappurtaw xi forma ta’ diżabilità permanenti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend