L-NAO sodisfatt bid-diskussjoni dwar ir-rapport fuq il-Power Station tal-gas – One News

Notifiki

L-NAO sodisfatt bid-diskussjoni dwar ir-rapport fuq il-Power Station tal-gas

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika innota b’interess u sodisfazzjon id-diskussjoni pubblika estensiva li tqanqlet wara l-pubblikazzjoni tar-Rapport, speċjalment id-dibattitu tal-bieraħ fil-Kamra tad-Deputati dwar il-kuntratti mogħtija mill-Enemalta lil Electrogas Malta Ltd. Dan kien spjegat peremezz ta’ stqarrija li ħarġet mill-NAO nfisha.

L-istqarrija kompliet tgħid li tali diskussjoni, flimkien ma’ interess iżjed wiesa’ fix-xogħol tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), jgħin mhux ftit biex jintlaħqu l-miri prinċipali tal-NAO, jiġifieri li jitħares l-użu tajjeb tal-fondi pubbliċi kif ukoll il-promozzjoni ta’ governanza tajba.

Intant, l-NAO qalet li huwa f’dan il-kuntest li l-uffiċċju segwa b’attenzjoni kemm dak kollu li ntqal, kif ukoll dak irrapurtat fil-media wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Rapport. L-uffiċċju ħa nota ta’ kull kritika li saret u huwa lest biex ‘il quddiem, f’seduti tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi—li fuq kollox huwa l-post fejn jiġu diskussi bl-aktar mod oġġettiv ir-rapporti maħruġa minn dan l-uffiċċju—meta jiġi mitlub, fejn u kif ikun meħtieġ, jiċċara u jikkjarifika xi kwistjonijiet li jkun hemm b’rabta ma’ dan ir-Rapport.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend