Iż-żewġ koppji Rjali se jqattgħu l-Milied mar-Reġina minkejja allegat tilwim bejn Meghan u Kate – One News

Iż-żewġ koppji Rjali se jqattgħu l-Milied mar-Reġina minkejja allegat tilwim bejn Meghan u Kate

Il-Prinċpijiet William u Harry u n-nisa tagħhom se jqattgħu żmien il-Milied f’Sandringham mar-Reġina, minkejja rapporti ta’ allegat tilwim bejn Kate Middleton u Meghan Markle.

Sa ftit tal-jiem ilu, kien hemm spekulazzjonijiet li William u Kate kienu se jqattgħu il-Milied mal-familja ta’ Middleton biex ikunu ‘l bogħod minn Harry u Meghan.

Iżda huwa mifhum li ż-żewġ koppji se jingħaqdu f’Norfolk għal dawn iż-żmienijiet ta’ festi.

Ta’ QabelLi Jmiss