Il-Ministeru għal Għawdex irid jgħaddi messaġġ ċar favur l-inklużjoni tal-persuni b'diżabilità | One News

Notifiki

Il-Ministeru għal Għawdex irid jgħaddi messaġġ ċar favur l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità

Hekk kif bdiet il-ġimgħa ddedikata għall-persuni b’diżabilità, il-Ministeru għal Għawdex irid jgħaddi messaġġ b’saħħtu b’risq l-inkużjoni. Din is-sena, għat-tieni sena konsekuttivait-tiżjin tal-ministeru u parti mit-tiżjin tal-Villa Rundle sar mill-klijenti taċ-Ċentru ta’ Santa Marta.

Il-kartolini uffiċjali tal-Milied li ser jitqassmu mill-ministeru wkoll saru mill-istudenti tal-Ispecial Unit ta’ Sannat fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex.
Matul din il-ġimgħa il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret il-programm ġdid  bit-titlu Opening Doors li qed jiġi ffinanzjat mill-istess ministeru. Dan il-programm jinkludi sessjonijiet ta’ mużika li qed jingħataw lil persuni b’dizabilità fil-Visual and Performing Arts School fix-Xewkija. B’dan il-mod, filwaqt li nagħtu ħin ta’ kwalità lil persuni b’diżabilità, qed inqarrbuhom ukoll lejn il-mużika u nagħtuhom iċ-ċans li jkollhom esperjenza diretta bi strument mużikali.

Attivitajiet oħra jinkludu żjarat ġewwa ċ-Ċentru Santa Marta, l-Għajnsielem Learning Hub, kif ukoll lill-Fondazzjoni Arka. F’dawn iż-żjarat, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana tkellmet mal-klijenti kif ukoll ipparteċipat fl-attivitajiet li kienu għaddejjin, u saret ukoll preżentazzjoni tal-għotja annwali li l-Ministeru għal Għawdex jikkontribwixxi lejn l-operat tal-fondazzjoni.

Il-Ministru Caruana ferħet u awgurat ukoll lit-tlett atleti Għawdxin tal-Olimpjadi Speċjali li sejirrapreżentaw lil pajjiżna bħala parti mill-kontinġent Malti f’Abu Dhabi.

Għawdex għalhekk iħaddan spirtu sħiħ ta’ inklużjoni u f’dan il-kuntest għandna nkomplu naħdmu biex inrawmu kultura li tkun iktar inklussiva fejn nippromwovu l-abilitajiet l-ħiliet tal-persuni b’diżabilità, mhux matul din il-ġimgħa biss imma matul is-sena kollha.

Ritratti: MGOZ

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend