Franza se tissospendi ż-żieda fuq it-taxxa tal-fjuwil | One News

Notifiki

Franza se tissospendi ż-żieda fuq it-taxxa tal-fjuwil

Il-Gvern Franċiż mistenni jissospendi ż-żieda fit-taxxa tal-fjuwil, li fl-aħħar ġimgħat wasslet għal protesti vjolenti.

Jidher li l-Prim Ministru Franċiż, Edouard Philippe, wasal għal kompromess mal-poplu Franċiż wara li l-protesti b’ilbies protettiv wasslu għall-mewt ta’ tliet ċittadini. 

Il-protesti, li saru f’ibliet ewlenin fil-pajjiż, wasslu wkoll għal ħsara konsidereboli, fosthom fuq l-Arc de Triomphe f’Pariġi.

Esperti qed isostnu li l-pubblikazzjoni ta’ ritratti u filmati ta’ dawn il-protesti fuq il-midja soċjali m’għenx biex il-protesti jkunu mrażżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend