Tmut wara li ħarġet rasha biex tittawwal mit-tieqa ta’ ferrovija – One News

Notifiki

Tmut wara li ħarġet rasha biex tittawwal mit-tieqa ta’ ferrovija

Mara li kienet passiġġiera fuq ferrovija fl-Ingilterra nqatlet wara li sofriet ġrieħi f’rasha meta ħarġet tittawwal ‘il barra mit-tieqa tal-ferrovija.

L-inċident traġiku seħħ waqt li ferrovija kienet qed tivvjaġġa minn Bath għal Keynsham, fl-Ingilterra. Skont l-ewwel stħarriġ mill-Pulizija li ssejħu fuq il-post, jidher li l-mara mietet kawża ta’ ġrieħi serji li sofriet minħabba li qalgħet daqqa’ ta’ oġġett iebes meta kienet qed tixxabbat mit-tieqa ‘l barra.

Il-Pulizija għadha qed tistabbilixi l-identità tal-vittma biex informa lil qrabatha dwar l-inċident.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend