Jirdoppja l-ammont ta' persuni li abbonaw għal stazzjonijiet sportivi mill-introduzzjoni tat-TSN | One News

Notifiki

Jirdoppja l-ammont ta’ persuni li abbonaw għal stazzjonijiet sportivi mill-introduzzjoni tat-TSN

Irdoppja l-ammont ta’ persuni li jabbonaw għal stazzjonijiet sportivi. Dan żvelatu l-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, l-MCA, li fissret kif dan seħħ mindu ġie introdott it-Total Sports Network jew TSN.

Kien fl-20 ta’ Ġunju li għadda li l-kumpaniji GO u Melita ħabbru li qablu li jaqsmu d-drittijiet bejniethom biex joffru lill-konsumaturi ammont ta’ stazzjonijiet ddedikati għall-isport.

Fi stqarrija, l-MCA fissret kif in-numru ta’ abbonati b’kontenut sportiv irdoppja fl-aħħar tliet xhur. Intqal ukoll kif sal-aħħar ta’ Settembru, żdiedu sostanzjalment l-abbonati ġodda tat-TSN.

Bħala riżultat tal-isforz konġunt fl-akkwist tad-drittijiet minn dawn il-fornituri tas-servizz, l-abbonati issa qed jibbenefikaw minn suq aktar kompetittiv bi prezzijiet iktar baxxi għall-pakketti sportivi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend