ARA: Kor Malta tibda bil-kbir! | One News

Notifiki

ARA: Kor Malta tibda bil-kbir!

 

Kor Malta, il-kor Nazzjonali ta’ Malta, iddebutta bi spettaklu mill-isbaħ fil-Katidral Anglikan ta’ San Pawl il-Ħadd.

Il-kunċert, taħt it-tmexxija tad-direttur Riccardo Bianchi, ittella’ bħala parti mill-proġett tal-Gvern ta’ Outreach in the Community. Il-kor hu magħmul minn 55 korista li diġà jagħmel parti mill-kor fi ħdan l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

F’kummenti ma’ ONE News, is-Soprana Marilyn Buckle Buhagiar fissret din l-esperjenza bħala waħda isbaħ:

“L-ewwel ħaġa minħabba l-għażla tal-mużika, kien hemm mużika minn ħafna żmienijiet differenti. It-tieni, minħabba l-post fejn konna, u il-kwalità li lħaqnda f’dan il-kunċert, kien wieħed għoli ħafna għax Rikkardo speċjalment, ta mportanza lid-dettalji, mhux biss li tkanta, imma li tħoss il-mużika, li dak li qed tħoss ġo fik qed tkantah”.

Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall qal li l-aħħar invenzjoni tal-Kunsill bdiet bil-kbir, u li Kor Malta jisħoqqlu t-titlu ta’ Kor Nazzjonali.

Kor Malta se jipprovdi wkoll taħriġ professjonali lill-koristi permezz ta’ masterclasses minn tenuri u tuturi kemm lokali u internazzjonali.

Il-ġimgħa d-dieħla, bi tħejjija għal kunċert ta’ inawgurazzjoni, il-koristi se jipparteċipaw f’masterclasses mat-tenur ta’ fama mondjali, Nicholas Mulroy.

Il-kunċert li jmiss minn Kor Malta se jsir fl-4 ta’ Diċembru fil-Parroċċa ta’ San Nikola fis-Siġġiewi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend