Storja ta’ suċċess għal ċkejken li għandu passjoni lejn id-dixxiplina tal-Karate bil-wheelchair – One News

Notifiki

Storja ta’ suċċess għal ċkejken li għandu passjoni lejn id-dixxiplina tal-Karate bil-wheelchair

Dan huwa Nick Mercieca, tifel ta’ 12-il sena, li għandu kundizzjoni fin-nervituri li kawża tagħha ma jimxix u ma jarax sew mill-bogħod.

Minkejja d-diżabiltà tiegħu, Nick ilu għal dawn l-aħħar sitt snin jippratika d-dixxiplina tal-Karate, u huwa l-ewwel Malti li rrapreżenta lil pajjiżna barra minn xtutna fil-Karate bil-wheelchair.

Filfatt, ftit tal-ġimgħat ilu huwa mar jirrapreżenta lil Malta fil-Belġju. Missier Nick, Jason Mercieca, qal li ibnu huwa persuna li ma jaqta qalbu minn xejn:

“Għandu spina bifida, iżda lit-tifel ma naqtalu qalbu qatt u dejjem nagħmillu kuraġġ”.

Ma’ Nick iltqajna hekk kif huwa wieħed minn 65 tifel u tifla fl-iskejjel primarji u s-sekondarji li huma nieqsin mid-dawl.

Is-Sibt filgħodu, dawn it-tfal ingħataw apparat teknoloġiku mill-President’s Trust li se jintuża fl-istudji tagħhom.

Sera Bondin, mill-President’s Trust qalet li dan il-proġett jiswa mal-€100,000. Bil-flus inġabru wara li ġiet organizzata maratona tal-qari fl-iskejjel primarji, bl-istudenti jagħtu donazzjoni għal kull ktieb li qraw.

Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, ippreżentat l-apparat teknoloġiku lil kull tifel u tifla u tenniet l-impenn tagħha li tkompli tgħin lill-familji Maltin u Għawdxin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend