Jinġabru l-flus biex jinxtara apparat li se jgħin lil tfal bi problemi bil-vista jistudjaw – One News

Notifiki

Jinġabru l-flus biex jinxtara apparat li se jgħin lil tfal bi problemi bil-vista jistudjaw

Flus miġbura mill-President’s Trust inġabru apposta biex jinxtara apparat għal tfal nieqsin mid-dawl. Dan l-apparat mistenni jintuża minn dawn it-tfal waqt l-istudji tagħhom.

Il-flus inġabru wara li ġiet organizzata maratona tal-qari fl-iskejjel primarji madwar Malta, bl-istudenti jagħtu donazzjoni għal kull ktieb li jkunu qraw.

B’kollox, il-proġett sewa’ €100,000. F’pajjiżna jidher li hawn 67 tifel u tifla li għandhom problema bil-vista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend