Infermier f’San Vinċenz de Paul jirbaħ il-Premju Ħaddiem tas-Sena – One News

Notifiki

Infermier f’San Vinċenz de Paul jirbaħ il-Premju Ħaddiem tas-Sena

Anthony Borg, infermier li jmexxi sala fir-residenza ta’ San Vinċenz de Paul, huwa r-rebbieħ ewlieni tal-Premju Ħaddiem tas-Sena 2018.

B’kollox kien hemm 36 nominazzjoni għal premjijiet minn sitt kategoriji differenti.

Ir-rebbieħa intgħażlu fost in-nominati minn bord indipendenti mmexxi mill-Avukat Anna Mallia flimkien mal-Inġinier Helga Pizzuto u l-Professur Anthony Serracino Inglott.

F’diskors tal-okkażjoni, l-ministru Helena Dalli saħqet li l-ħaddiem bieżel huwa l-mutur tal-ekonomija Maltija filwaqt li fissret kif bosta miżuri ta’ dan il-gvern juru l-impenn tal-gvern li jippremja l-bżulija filwaqt li jżid il-ħin tal-ħaddiem mal-familja sabiex jintlaħaq bilanċ.

Hija elenkat għadd ta’ inizjattivi li ħa dan il-Gvern f’dan ir-rigward fosthom iż-żieda ta’ ġurnata leave, il-leave speċjali għal ġenituri prospettivi li jgħaddu mill-proċess tal-IVF, it-tisħiħ tal-paga minima u l-in-work benefit fost l-oħrajn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend