Imut l-isptar wara li kien attakkat f'daru stess | One News

Notifiki

Imut l-isptar wara li kien attakkat f’daru stess

Veteran tat-Tieni Gwerra Dinjija ta’ 98 sena miet fi sptar f’Londra wara li ġimgħat ilu kien attakkat f’daru stess.

Peter Gouldstone, li kien jgħix waħdu fin-naħa ta’ fuq ta’ Londra, instab b’diversi feriti u ġerħa f’rasu wara li kien attakkat f’daru waqt serqa minn grupp ta’ ġuvintur. Jidher li dawn ħallew ħerba fid-dar tal-anzjan, u serqu s-sett tat-televiżjoni tiegħu.

L-anzjan kien ilu jissielet għal ħajtu għal dawn l-aħħar ġimgħat, iżda ċeda għall-ġrieħi li sofra tul il-jum tas-Sibt.

Is-serqa minn daru seħħet fis-6 ta’ Novembru li għadda.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend