Aktar għajnuna lill-għaqdiet volontarji f'Għawdex | One News

Notifiki

Aktar għajnuna lill-għaqdiet volontarji f’Għawdex

B’rabta mal-jum internazzjonali ddedikat għall-volontarjat, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret sensiela ta’ skemi li jkomplu jsaħħu s-settur volontarju fil-gżira Għawdxja.

Caruana faħħret l-irwol siewi u l-impenn tal-għaqdiet volontarji fil-komunità, filwaqt li saħqet fuq l-impenn tal-Gvern, li jkompli jgħin lis-settur tal-volontarjat u li tkun sostnuta l-ħidma tagħhom f’Għawdex biex jissaħħaħ it-tessut soċjali, kulturali, storiku, ekonomiku u sportiv f’Għawdex. 

Il-Ministru għal Għawdex qalet li l-iskemi tqassmu f’erba’ kategoriji biex l-iskop aħħari tal-Ministeru jintlaħaq u l-proċess ikun wieħed trasparenti u metikoluż kif kien fl-edizzjonijiet passati. L-iskemi mħabbra għalhekk ser ikopru l-oqsma tal-kultura, sports, soċjali u wirt kulturali permezz ta’ skema intiża għar-restawr.

L-applikazzjonijiet jiftħu nhar it-Tnejn, 3 ta’ Diċembru 2018 u jagħlqu l-Ġimgħa, 4 ta’ Jannar 2019. Dawn jistgħu jinstabu fuq is-sit: mgoz.gov.mt

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend