Il-PM ixejjen il-kalkoli tal-Oppożizzjoni dwar it-tħaddim tal-power station – One News

Notifiki

Il-PM ixejjen il-kalkoli tal-Oppożizzjoni dwar it-tħaddim tal-power station

Il-Prim Ministru Joseph Muscat xejjen il-kalkoli żbaljati li ħarġet bihom l-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar it-tħaddem tal-power station il-ġdida.

Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar l-investigazzjoni tal-Awdituri Ġenerali fuq il-power station il-ġdida, Dr Muscat innota l-iżablji li qed tagħmel l-Oppożizzjoni fil-kalkoli li ħarġet bihom.

Spjega li bil-kalkoli tal-Oppożizzjoni hemm diskrepanza ta’ aktar minn €110 miljun.  Dr Muscat sosntna li l-Gvern m’għandu l-ebda problema li dan ir-rapport jiġi diskuss anke fil-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi.

“L-investigazzjoni saret mill-Awditur Ġenerali u aħna nħarsu ‘l quddiem li dan ir-rapport jiġi diskuss anke fil-PAC, m’għadniex problema f’dan ir-rigward u kif għadni kif spjegajt hija l-kritika tal-Oppożizzjoni li hi out of sync ma dak li hemm fir-rapport”, qal il-Prim Ministru.

Sostna li l-proġett tal-power station tal-gass kien wieħed mill-akbar proġetti li qatt saru f’pajjiżna, u li l-Gvern aċċetta l-kritika tal-Awditur Ġenerali f’ċertu kwistjonijiet tekniċi.

Fakkar ukoll li “l-awditur jikkonkludi li meta jieħdu inkonsiderazzjoni id-diskrepanzi, r-riżultat ma kien jinbidel assolutament xejn, u l-għażla kienet fuq l-aktar waħda tajba għal pajjiżna”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend