Titnieda l-istrateġija Nazzjonali għaċ-ċikliżmu | One News

Notifiki

Titnieda l-istrateġija Nazzjonali għaċ-ċikliżmu

Trasport Malta nediet l-istrateġija u l-pjan t’azzjoni Nazzjonali għaċ-Ċikliżmu. Strateġija b’54 proposta differenti immirati sabiex aktar persuni jitħajru jużaw ir-rota minflok jivvjaġġaw bil-karozza privata.

Fost dawn il-proposti hemm kunċetti li jiffaċilitaw l-ivvjaġġar bir-rota, fosthom dawk magħrufa bħala kuruturi urbani għaċ-ċiklisti, mgħammra bit-teknoloġija ta’ kameras tas-sigurtà u sinjali tat-toroq favur aktar sigurtà.

Fir-rotta mill-Belt sa San Ġiljan u lura, u mill-Mosta sal-Isptar Mater Dei u l-Università u lura, qiegħed jiġi propost li jkun hemm korsija iddedikata għaċ-ċiklisti. Din il-korsija mistennija tkun mgħammra bkameras tas-sigurtà u sinjali fost oħrajn.

Id-Direttur tas-Sustainable Mobility Unit fi ħdan Transport Malta, Peter Paul Barbara, spjega kif il-ħsieb huwa li jsir studju sabiex ikun hemm aktar rotot li jkollhom il-kurituri urbani.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg faħħar il-ħidma ta’ Transport Malta li ħadmet fuq din l-istrateġija Nazzjonali.

Qal li qegħdin naraw sensiela ta’ azzjonijiet li qiegħed jieħu l-Gvern favur bidla essenzjali fil-kultura tat-trasport tagħna. Filwaqt li spjega l-bidla fil-mod kif nippjanaw l-ivvjaġġar f’diversi inizjattivi differenti

L-istrateġija u l-pjan t’azzjoni Nazzjonali għaċ-ċikliżmu issa marret għall-konsultazzjoni pubblika. Il-Ministru Ian Borg ħeġġeġ lil kulħadd biex jipparteċipa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend