L-Ukrajna titlob l-appoġġ tan-NATO | One News

Notifiki

L-Ukrajna titlob l-appoġġ tan-NATO

Il-President Ukren Petro Poroshenko ħeġġeġ lin-NATO, l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, biex tibgħat bastimenti tagħha fil-baħar Azov.

Dan wara konfront navali bejn il-forzi Russi u dawk Ukreni ftit ’il barra mill-Krimea, nhar il-Ħadd li għadda.

Ma’ ġurnal Ġermaniż, il-President Ukren stqarr li jittama li dawn il-bastimenti jiġu rilokati sabiex jassistu lill-Ukrajna tiżgura s-sigurtà fiż-żona. Innota kif wara li r-Russja ħadet f’idejha l-Krimea minn idejn l-Ukrajna, issa jrid il-baħar Azov, li jinsab bejn l-Ukrajna u r-Russja.

Dan wara li l-Ħadd li għadda, r-Russja ħatfet tliet bastimenti navali Ukreni.

Intant il-Kap tal-istess NATO, Jens Stoltenberg, ħeġġeġ lir-Russja biex teħles il-bastimenti u l-ekwipaġġi Ukreni, u tenna li l-istess Organizzazzjoni se tipprovdi appoġġ politiku u prattiku lill-Ukrajna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend