Is-Senat Amerikan jivvota biex jintemm l-appoġġ tagħhom fil-Yemen – One News

Notifiki

Is-Senat Amerikan jivvota biex jintemm l-appoġġ tagħhom fil-Yemen

Is-Senat Amerikan mexxa ’l quddiem miżura biex tiġi rtirata l-għajnuna Amerikana li qed tappoġġja l-ġlied fil-Yemen f’koalizzjoni mmexxija mill-Arabja Sawdija.

Il-gwerra u s-sitwazzjoni fil-Yemen hija waħda serja, tant li n-Nazzjonijiet Magħquda ddeskrivewha bħala l-agħar kriżi umanitarja fid-dinja.

F’mossa kontra l-politika tal-President Donald Trump, is-Senat Amerikan ivvota b’maġġoranza kbira biex jitwaqqaf dan is-sapport Amerikan fil-ġlied.

Dan il-vot seħħ fiż-żmien meta l-kontroversja dwar il-qtil tal-ġurnalist Sawdi Jamal Khashoggi kompliet tidwi madwar id-dinja. Ġurnalist li nqatel propju fil-konsolat Sawdi f’Istanbul, it-Turkija, fit-2 t’Ottubru.

Issa l-vot tas-Senat Amerikan qed jiġi interpretat bħala ċanfira lill-President Trump li kien iddeskriva lill-Arabja Sawdija bħala alleat importanti ħafna, u kien rrifjuta talbiet għal sanzjonijiet fil-konfront tat-tmexxija tal-istess Arabja Sawdija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend