Il-PM fi Bratislava għal diskussjonijiet dwar il-budget li jmiss tal-U.E. – One News

Notifiki

Il-PM fi Bratislava għal diskussjonijiet dwar il-budget li jmiss tal-U.E.

Il-Prim Mnistru Joseph Muscat jinsab fi Bratislava għal laqgħa bejn il-grupp hekk imsejjaħ Friends of Cohesion, li dalgħodu se jiltaqa’ biex jiddiskuti l-budget li jmiss għall-Unjoni Ewropea, li jkopri l-perjodu ta’ bejn l-2021 u l-2027.

Preżenti wkoll se jkun hemm rappreżentanti għolja ta’ tmien Stati Membri Ewropej, rappeżentati mill-Kummissjoni Ewropea, u rappreżentanti mill-Bank Ewropew ta’ Investiment. 

Fost affarijiet oħra, il-Kummissjoni Ewropea se tipproponi li timmodernizza l-politika ta’ koeżjoni, li hija meqjusa bħala waħda mill-aktar espressjonijiet konkreti ta’ solidarjetà fl-Ewropa. L-għan tagħha hu li tnaqqas id-differenzi ekonomiċi u soċjali fl-Ewropa.

Bħal ma ġara fin-negozjati għall-budget Ewropew ta’ bejn l-2014 u l-202o, il-mexxejja mistennija jimxu id f’id waqt id-diskussjoni għal dan il-pakkett finanzjarju ġdid. Dan hekk kif il-pajjiżi li se jkunu rappreżentati tul dan is-summit huma l-aktar viżibli fl-Unjoni Ewropea.

Fit-tmiem tad-diskussjonijiet, il-Friends of Cohesion mistennija jiffirmaw dikjarazzjoni li huma appoġġjaw dan il-budget għall-Unjoni Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend