Dawl mill-interconnector jista’ jiswa €200 kull MW – One News

Notifiki

Dawl mill-interconnector jista’ jiswa €200 kull MW

Siegħa elettriku mill-interconnector tista’ tiswa lill-kumpanija Enemalta €200 kull megawatt.

Dan ħabbru l-Inġineer Jonathan Scerri waqt konferenza tal-aħbarijiet b’reazzjoni għall-pubblikazzjoni tar-rapport tal-awditur ġenerali dwar il-powerstation il-ġdida li kkonkluda li l-proċess tal-għoti tal-offerta kien ġust u trasparenti.

“Mis-sajf s’issa, il-prezzijiet tal-interconnector splodew b’40% siegħa b’siegħa, jiġifieri meta nqabblu ħin mal-istess ħin tas-sena ta’ qabel. Qabel ġejt, dħalt nara l-prezzijiet ta’ għada. Għada hemm siegħa partikolari li l-prezzijiet qegħdin €200 kull MW hour. Kważi tliet darbiet il-prezzijiet bil-gass, u dan mhux każ iżolat”, sostna Scerri.

L-Inġineer Scerri kompla jispjega li minkejja ninsabu f’Novembru, ferm ’il bogħod mill-aktar xhur bieżla tas-sajf, il-kumpanija Taljana kienet tbigħ l-elettriku lil pajjiżna b’rati li jiswew tliet darbiet daqs dawk tal-Electrogas.

Dwar l-analiżi tal-Awditur Ġenerali, Dr Scerri spjega kif il-perjodu li fih sar l-istudju ma kienx ekwu hekk kif l-impjant tal-Electrogas ma kienx qiegħed jaħdem bil-kapaċità massima tiegħu u kien għalhekk li l-prezzijiet ġew ogħla minn dak previst:

“Il-period under review, minn April 2017 sa Ġunju 2018, jinkludu perjodu tranżitorju stabbilit fil-kuntratt, fejn l-Electrogas kienet qed topera open cycle. Dak iż-żmien, skont il-kuntratt, ma kinitx at the full efficiency. Dan jispjega hemm samples ta’ prezzijiet abnormally high“.

Kompla jispjega kif l-awditur ma kkunsidrax diversi fatturi oħra mal-ispejjeż marbuta mal-interconnector u kien minħabba f’hekk li l-prezz ġie irħas minn dak tal-Electrogas.

Fost dawn l-ispejjeż hemm id-deprezzament tal-interconnector, spejjeż tal-polza tal-assigurazzjoni, interessi mal-banek u kif ukoll spejjeż relatati mal-manutenzjoni tal-infrastruttura:

SPEJJEŻ MHUX IMSEMMIJA RELATATI MAL-INTERCONNECTOR

DEPREZZAMENT – €10,000,000 FIS-SENA

INTERESSI MAL-BANEK – €12,000,000 FIS-SENA

POLZA TAL-ASSIGURAZZJONI

SPEJJEŻ TA’ MANUTENZJONI

Meta l-Inġineer għamel eżerċizzju simili għal dak tal-awditur b’dawn il-fatturi miżjuda fih, il-prezz tal-enerġija mill-interconnector żdied b’aktar minn nofs:

“Jien għamilt eżerċizzju simili għal li għamel l-NAO, u qabdt il-fixed costs, u ftaħthom fuq l-istess ammont ta’ units li ħa l-NAO. Il-prezzijiet tal-interconnector kienu żdiedu b’54%”.

Dwar dan, l-Inġineer Scerri ma sabx spjegazzjoni għal dak miktub mill-Awditur:

“Il-fatt li tħalli l-fixed costs barra qisek qed tikri karozza u ttiha €5 petrol. Meta jistaqsuk kemm swietek, tgħidilhom €5, u tinsa ssemmi l-kirja”.

L-Inġinier spejga li limitazzjoni kbira oħra tal-interconnector hija li l-iswitch jinsab f’idejn l-operatur Taljan. Jekk id-domanda mitluba ma tintlaħaqx, ir-residenzi jkollhom jerġgħu jibdew ibatu l-qtugħ ta’ dawl:

“Rajna meta l-Enemalta kienet qed toqgħod ħafna fuq l-interconnector. Kif dan l-interconnector trippja, kellna blackout. Ta’ min jinnota li kemm ilu jopera l-impjant tal-Electrogas, s’issa ma kienx hemm blackout totali wieħed”.

L-Inġinieri Scerri laqa’ l-fatt li f’ċerti ħinijet, l-interconnector huwa orħas mill-Electrogas, madankollu semma li dawn il-ħinijiet huma l-anqas jkun hemm talba għall-elettriku.

Ħinijiet prekarji li l-partit Nazzjonalista ried lill-poplu jqum filgħaxija biex jaħsel il-ħwejjeġ biex jiffranka xi ħaġa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend