Residenti ta’ Ta’ Xbiex u diversi lokalitajiet se jkunu jistgħu jiġbru l-kontenituri tal-iskart mill-Kunsill Lokali – One News

Notifiki

Residenti ta’ Ta’ Xbiex u diversi lokalitajiet se jkunu jistgħu jiġbru l-kontenituri tal-iskart mill-Kunsill Lokali

Il-Kunsill Lokali ta’ Ta’ Xbiex għamel l-arranġamenti meħtieġa biex min nhar il-Ħamis li ġej, ir-residenti jkunu jistgħu jiġbru l-konenituri tal-iskart mill-Kunsill Lokali stess mingħajr l-iskariġġ li jridu joqgħodu jitilgħu Ta’ Qali.

Dan ħabbru s-Sindku, Max Zammit, li sostna li bħala Kunsill ħassew li għandhom jiffaċilitaw il-ħajja tar-residenti billi jerfgħu ftit minn dan il-piż kollettiv sabiex ikomplu jippromovu bis-sħiħ l-idea ta’ separazzjoni tal-iskart u l-promozzjoni tal-ambjent.

Jidher li din l-inizjattiva intlaqgħet b’mod pożittiv ferm, tant li kienu bosta l-Kunsilli Lokali li talbu li jkollhom dan is-servizz ukoll.

“Għalina s-separazzjoni tal-iskart kienet dejjem prijorità, kemm bħala Kunsill, u anke għar-residenti”, sostna Zammit.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend