L-għoti tal-kuntratt tal-powerstation għadda minn skrutinji rigorużi, fosthom mill-K.E. – One News

Notifiki

L-għoti tal-kuntratt tal-powerstation għadda minn skrutinji rigorużi, fosthom mill-K.E.

Il-Ministru Konrad Mizzi indirizza konferenza tal-aħbarijiet li fiha rrimarka kif l-għoti tal-kuntratt tal-powerstation għadda minn bosta skrutinji rigorużi fosthom tal-Kummissjoni Ewropea, tal-banek internazzjonali u issa tal-Awditur Ġenerali.

Dwar il-prezzijiet tal-elettriku mixtrija mill-powerstation tal-gass u mqabbla ma’ dawk tal-interconnector, il-Ministru qal li dan it-tqabbil fil-prezzijiet, li sar mill-Awditur Ġenerali, sar f’perjodu partikulari, meta l-prezzijiet tal-interconnector kienu relattivament aktar baxxi mil-lum.

Fuq kollox ir-rapport tal-Awditur Ġenerali xxejjen għal kollox l-argumenti tal-Oppożizzjoni u anzi jisħaq bil-kontra, li din il-powerstation li taħdem b’arja nadifa kienet meħtieġa biex pajjiżna ikollu sigurtà ta’ provista.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend