Raġel li kien qed iġorr arma tan-nar iwaqqaf tliet irġiel fit-triq u jordna li jagħtuh il-basktijiet tagħhom – One News

Notifiki

Raġel li kien qed iġorr arma tan-nar iwaqqaf tliet irġiel fit-triq u jordna li jagħtuh il-basktijiet tagħhom

Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet għall-ħabta tas-02:00 fi Triq Walter Ganado, Pembroke.

Jidher li raġel mgħammad, u allegatament b’arma tan-nar, waqqaf tliet irġiel Pollakki, tnejn ta’ 22 sena, u ieħor ta’ 21 sena, u talabhom il-basktijiet li kienu qegħdin iġorru. 

Jidher li r-raġel ħarab minn fuq il-post hekk kif it-tliet irġiel tawh il-basktijiet. Il-Pulizija qalet li ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.

L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend