Jibda’ l-bini ta’ parkeġġ ġdid ta’ 1,300 karozza fl-Ajruport – One News

Notifiki

Jibda’ l-bini ta’ parkeġġ ġdid ta’ 1,300 karozza fl-Ajruport

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta beda x-xogħlijiet sabiex jinbena kumpless ta’ parkeġġ ġdid ta’ 1,300 karozza. Dan il-proġett multimiljunarju, li mistenni jitlesta sa sentejn oħra, se jkun qed jieħu post il-parkeġġ tal-impjegati tal-ajruport.

Dan il-parkeġġ se jkun qed jinbena fuq numru ta’ sulari għalekk il-karozzi ta’ dawk li jużawh se jkunu protetti mill-elementi. Bħala parti mill-proġett se tinbena wkoll mina taħt l-art li se tgħaqqad dan il-parkeġġ mat-terminal prinċipali tal-ajruport.

Dan il-proġett ta’ €20 miljun se jkun qed jiffaċilita wkoll l-operat tal-kumpaniji tal-karozzi tal-kiri li bħal ajruporti barranin issa se jkunu jistgħu joperaw mill-akwata tal-ajruport. Din se tgħin mhux ftit lill-eluf ta’ turisti li mal-wasla tagħhom jikru karozza f’pajjiżna. Bil-għan li jnaqqas it-tniġġuis tal-arja, fuq il-bejt ta’ dan il-parkeġġ se jkun qed jinbena wkoll solar farm kbir b’kapaċità ta’ 1,000 kilowatt.

Minħabba li dan il-proġett se jkun qed jieħu post il-parkeġġ tal-impjegati l-ajruport alloka art viċin tat-terminal li minn issa se tinbidel f’parkeġġ. Minkejja li din l-art xorta tinsab biswit l-ajroport l-amministrazzjoni ħasbet li tipprovdi servizz ta’ trasport b’xejn minn u lejn l-ajruport.

Apparti servizz tax-xarabank, ġew installati numru ta’ roti li se jkunu jistgħu jinkrew b’xejn mill-impjegati kollha li se jużaw il-parkeġġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend