Inkissru ċ-ċirku tal-vjolenza kontra n-nisa – One News

Notifiki

Inkissru ċ-ċirku tal-vjolenza kontra n-nisa

Il-Gvern nieda l-proġett Inkissru ċ-ċirku tal-vjolenza kontra n-nisa. Il-Ministru għall-Ugwaljana Helena Dalli spjegat kif din  tagħmel parti mis-16-il jum ta’ attivizmu kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru.

Hija spjegat kif dan se jikkumplimenta l-liġi li għaddiet mill-Parlament aktar kmieni din is-sena bis-saħħa ta’ vot li ttieħed tad-Deputati tal-Gvern.

Hija fissret kif kull persuna għandha r-realtajiet tagħha u hija importanti li jkun hemm perspettiva wiesgħa dwar is-suġġett:

“Qegħdin inħarsu lejn l-intersessjonalità, li inti meta għandek pesuna li qegħda fi vjolenża jista’ jkun ikollha realtajiet oħra. Per eżempju, persuna li qegħda f’sitwazzjoni ta’ vjolenza domestika u għandha diżabiltà wkoll. Allura inti trid tindirizza l-għajnuna li se tagħti dik il-persuna, skont il-bżonnijiet tagħha”.

Il-vittmi jistgħu jvarjaw minn mara dipendenti fuq l-għajxien ta’ żewġha, għal mara indipendenti iżda b’diżabbiltà. Hija qalet li dan jista jsir possibbli wara diversi diskussjonijiet u issa wasal iż-żmien li ssir distinzjoni mir-realtajiet tal-vittmi.

Ia-Sur Silvan Agius qal li dan il-proġett se jiswa €350,000 fuq perjodu ta’ sentejn u nofs. Il-ħsieb warajh huwa li ssir bidla fl-imġiba u biex il-vittmi jsiru aktar awtonomi.

Il-proġett se jiffoka fuq numru ta’ kategoriji ta’ nisa fosthom: Immigranti, nisa omosesswali u intersex u nisa b’diżabiltà:

“Sabiex nilħqu lil dawk il-persuni li diġà sofrew il-vjolenza sabiex huma jkunu f’sitwazzjoni li jistgħu joħroġu mill-vjolenza, u qatt ma jispiċċaw f’pożizzjoni simili, u wkoll vittmi possibbli tat-tali vjolenza propju minħabba karatteristiċi tagħhom, u d-diskriminazzjoni li teżisti fis-soċjetà jistgħu ikunu potenzjalment aktar vittmi huma minn ħaddieħor”.

Il-Kummissarju għall-Vjolenza Domestika, Simone Cini, spjegat kif ħafna stejjer joħorġu fil-pubbliku wara li każ jitressaq il-Qorti, jew meta jmut xi ħadd. Hija spjegat kif dawn il-vittmi jkunu ilhom xhur isofru fis-silenzju u kampanja bħal din hija importanti ħafna.

Għal dan il-proġett se jissiebħu wkoll l-Scouts u Girl Guides, li se jkunu qed iħarrġu lill-mexxejja tagħhom sabiex ikomplu jgħaddu aktar għarfien lill-membri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *