“In-Nazzjon” tirtira rapport dwar iċ-Ċiniż – One News

“In-Nazzjon” tirtira rapport dwar iċ-Ċiniż

Il-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista, In-Nazzjon, kellu jritira allegazzjoni li għamel fil-konfront ta’ George Degiorgio, magħruf bħala ċ-Ċiniż, meta allega li pprova jwettaq suwiċidju fil-ħabs. Degiorgio huwa wieħed mit-tliet akkużati mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

L-istorja dehret f’Diċembru tas-sena li għaddiet, ftit aktar minn xahar wara li Degiorgio u ħuh, Alfred, kienu arrestati mill-Pulizija wara operazzjoni fil-Marsa.

In-Nazzjon allegat li Degiorgio pprova juża xi lożor biex ineħħi ħajtu b’idejh, qabel ma intervjenew il-gwardjani tal-ħabs.

Degiorgio fetaħ libel lill-gazzetta f’Jananr li għadda, u ftit wara tħabbar li ż-żewġ naħat kienu qed jinnegozjaw ftehin dwar il-każ, li fisser li l-ġurnal ma setax jiddefendi r-rappurtaġġ tiegħu.

F’Mejju li għadda, il-ġurnal irtira r-rapport, b’nota editorjali tgħid li l-ġurnal aċċetta dikjarazzjoni ta’ George Degiorgio li ċaħad l-informazzjoni ppubblikata. Dan filwaqt li ntalbet skuża mill-istess ġurnal.

Ta’ QabelLi Jmiss