"Il-ħelsien tiegħi ma kienx ikun possibbli mingħajr marti" | One News

Notifiki

“Il-ħelsien tiegħi ma kienx ikun possibbli mingħajr marti”

L-akkademiku Ingliż Matthew Hedges wasal lura Londra wara li fl-aħħar sigħat kien fl-aħbarijiet dinjija meta ngħata maħfra presidenzjali mill-Emirati Għarab Magħquda.

Dan wara li ngħata sentenza ta’ għomor il-ħabs fuq allegat spjunaġġ fil-pajjiż waqt li kien qed jagħmel riċerka għad-Dottorat tiegħu. 

Emozzjonat fl-ajruport ta’ Heathrow, Hedges ammetta li l-ħelsien tiegħu ma setax ikun possibbli mingħajr il-ġlieda għall-ġustizzja ta’ martu, Daniela.

“Xejn ma kien jirnexxi mingħajr marti. Kemm hi b’saħħitha u kuraġġuża, li nara lilha u lill-familja kollha wara din it-trawma hija l-isbaħ ħaġa li qatt setgħet tiġri”, qal Hedges.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend