Il-ftehim Brexit għandu jiġi nnegozjat mill-ġdid- Michael Fallon | One News

Notifiki

Il-ftehim Brexit għandu jiġi nnegozjat mill-ġdid- Michael Fallon

Il-ftehim dwar Brexit ta’ Theresa May għandu jiġi nnegozjat mill-ġdid. Dan qalu l-eks segretarju tad-difiża Michael Fallon. Huwa fetaħ attakk fuq l-ftehim propost u qal li dan kien l-agħar li jista’ jkun.

Il-Prim Ministru, Theresa May, qed iżur Wales u l-Irlanda ta’ Fuq biex tikkonvinċi li l-ftehim tagħha se jġib ċertezza fost in-negozji.

Il-Parlament Ingliż se jivvotta jekk hux se jaċċetta t-termini tal-ftehim tat-tluq tar-Renju Unit u r-relazzjonijiet futuri nnegozjati minn Theresa May, fil-ħdax ta’ Diċembru li ġej.

Intant, il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump qal li l-ftehim ta’ Brexit ta’ Theresa May jista’ jkun ta’ theddida għall-ftehim ta’ negozju bejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend